Saturday, October 31, 2026
Home Sport Alex Marquez jikseb il-pole position tal-MotoGP tal-Malasja

Alex Marquez jikseb il-pole position tal-MotoGP tal-Malasja

0
48

Alex Marquez kiseb il-pole position għall-Grand Prix tal-Malasja wara li wettaq dawra mill-aqwa fl-aħħar mumenti tal-provi ta’ kwalifikazzjoni fiċ-ċirkwit ta’ Sepang.

Is-sewwieq ta’ Gresini Ducati rreġistra l-aħjar ħin ta’ minuta u 56.493 sekonda biex kiseb l-aqwa pożizzjoni għat-tluq ta’ għada.

Huwa temm biss 0.070 sekondi qabel ħuh il-kbir Marc Marquez, biex b’hekk iż-żewġ aħwa Spanjoli se jibdew mill-ewwel filliera.

Pedro Acosta kiseb it-tielet post, filwaqt li Ai Ogura kkwalifika fir-raba’ post, qabel Marco Bezzecchi.

Alex Marquez għamel id-dawra deċiżiva tiegħu fl-aħħar mumenti ta’ sessjoni missielta.

Marc Marquez qed jillidja l-klassifika ġeneral bi 365 punt, segwit minn Jorg Martin (355) u Marco Bezzecchi (315)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here