Ir-Rally Dakar se jitlaq mill-Arabja Sawdija u fl-edizzjoni tal-2027 se jsir fil-Portugall u fil-Marokk, wara tħassib dwar is-sigurtà fil-Lvant Nofsani. Din id-deċiżjoni tfisser li r-rally leġġendarju tar-reżistenza se jirritorna fl-Afrika għall-ewwel darba mill-2007.
Id-49 edizzjoni tar-rally hija skedata bejn id-9 u t-23 ta’ Jannar, b’kollox jibda minn Loulé-Faro, fil-Portugall, qabel jgħaddi lejn il-Marokk u jintemm f’Marrakech.
Il-Portugall se jospita l-prologu tal-ftuħ u l-ewwel stadju kompetittiv, filwaqt li l-Marokk se jkun il-post fejn isiru l-11-il stadju l-oħra, inkluż jum ta’ mistrieħ f’Agadir.
Il-kompetituri se jkollhom jissieltu fuq distanza totali ta’ 7,824 kilometru, li minnhom 4,341 kilometru jkunu stadji b’ħinijiet meħuda.
Ir-rally kien oriġinarjament ippjanat li jsir kollu kemm hu fl-Arabja Sawdija, li ilha tospita din il-kompetizzjoni mill-2020. Madankollu, l-organizzaturi ddeċidew li jbiddlu l-pjani minħabba l-iżviluppi fir-reġjun.
Ir-Rally Dakar mistenni jirritorna fl-Arabja Sawdija fl-2028, meta se jiċċelebra l-50 edizzjoni tiegħu.




