IL-VERITÀ TKOMPLI TOĦROĠ…

Aqra wkoll

Prof. Vincent Marmara
“Il-verità tkompli toħroġ dwar l-istħarriġ li l-kumpanija tiegħi kienet ġiet ikkummissjonata twettaq ftit xhur ilu.” Hekk kiteb il-Professur Vincent Marmara dwar akkużi li kien ressaq fil-konfront tiegħu Arond Cassola.
“Wara li l-awtoritajiet kompetenti kkonfermaw li ma kien hemm l-ebda ksur tal-liġi fit-twettiq tax-xogħol professjonali tiegħi, issa għandna wkoll il-konklużjonijiet tal-Imħallef Emeritu Geoffrey Valenzia dwar l-akkużi li l-Prof. Arnold Cassola ressaq fil-konfront tiegħi, inkluża t-talba tiegħu lill-Università ta’ Malta biex tinvestigani dwar allegat ksur tal-etika professjonali.
“Fil-konklużjonijiet tiegħu, l-Imħallef Emeritu Valenzia jsostni li ma hemm l-ebda bażi fattwali li tiġġustifika investigazzjoni dwar allegat ksur tal-etika professjonali, u li l-akkużi mressqa fil-konfront tiegħi mhumiex sostnuti minn fatti jew evidenza.
“L-Imħallef Emeritu jikkritika wkoll l-akkużi personali serji u offensivi li saru fil-konfront tiegħi. Huwa jsostni li l-inqas li għandu jagħmel il-Prof. Cassola huwa li jirtira l-kliem offensiv u jiskuża ruħu għall-ħsara li kkawża, permezz tal-istess mezzi li uża biex għamel l-akkużi.
“Dawn il-konklużjonijiet ikomplu jsaħħu l-pożizzjoni li żammejt sa mill-bidu: l-akkużi fil-konfront tiegħi kienu infondati u l-attakki personali ma kellhomx ġustifikazzjoni fattwali.
“Il-ħidma professjonali għandha dejjem tiġi ġġudikata fuq il-fatti u l-evidenza, mhux fuq allegazzjonijiet u attakki personali,” itemm jikteb il-Prof. Marmara.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport