Sunday, December 22, 2024

L-elettorat tal-2022 mitlub jivverifika d-dettalji personali tiegħu tar-reġistru elettorali

Sejħa mill-Kummissjoni Elettorali

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil kull min kien kwalifikat biex ikun reġistrat bħala votant fil-31 ta’ Marzu, 2022, dwar l-importanza li jivverifika li ismu/isimha u l-partikolaritajiet tiegħu/tagħha jidhru fir-reġistru elettorali rivedut ippublikat fis-26 ta’ April, 2022.

Dawk il-persuni li saru ċittadini ta’ Malta b’naturalizzazzjoni jew b’reġistrazzjoni u dawk li għandhom ċertifikat ta’ ċittadinanza doppja għandhom id-dritt ikunu reġistrati bħala votanti f’dan ir-reġistru jekk, fil-31 ta’ Marzu, 2022, kellhom il-kwalifiki meħtieġa skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta u skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354). Għalhekk, dawn il-persuni huma mħeġġa jivverifikaw li jidhru bħala votanti fl-imsemmi reġistru.

Min ma ġiex inkluż f’dan ir-reġistru, avolja ma jkunx għamel applikazzjoni qabel lill-Kummissjoni Elettorali għal dan il-għan, jew li xi partikolaritajiet tiegħu kif jidhru fir-Reġistru jeħtieġu korrezzjoni, jista’ jippreżenta appell lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar it-Tlieta s-17 ta’ Mejju, 2022, sabiex jitlob li ismu jiddaħħal f’dan ir-reġistru. Kull min jixtieq jippreżenta appell jista’ jikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Ekonomija

Sport