Thursday, March 28, 2024

Jinfetaħ il-perjodu ta’ nominazzjonijiet għall-kariga ta’ Kap tal-PN

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija ċ-Chairperson tal-Kummissjoni Kandidati tal-Partit Nazzjonalista, Colin Bowman, bagħat ir-rapport ta’ due dilligence dwar Dr. Bernard Grech lill-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data u lill-Kunsill Amministrattiv skont kif jitlob l-istatut tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Konklużjoni tal-Kummisjoni kandidati sabet li abbażi tat-tweġibiet mogħtija lill-Kummissjoni minn Dr. Bernard Grech, il-Kummissjoni tikkonferma li ssib lil Dr. Bernard Grech idonju li jikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Għalhekk wara li l-Kunsill Amministrattiv u l-Kummissjoni Elettorali ħadu nota tal-konklużjoni tal-proċess ta’ due diligence, il-Kummissjoni Elettorali qiegħda tiftaħ il-perjodu ta’ proċess ta’ nominazzjoni li fih Dr. Bernard Grech jista’ jitfa’ n-nomina li trid tkun sekondata minn tliet deputati, ħames kunsilliera lokali, għaxar membri tal-eżekuttiv, 50 membru tal-kunsill ġenerali u 50 tesserat tal-Partit Nazzjonalista kif jitlob l-istatut.

Ekonomija

Sport