Mil-lum jibdew it-tieni legs tas-semifinali tal-Enemed Futsal Premier League hekk kif iċ-champions attwali Luxol St Andrew’s jaffaċċjaw lill-Universita’ ta’ Malta filwaqt li nhar il-Ġimgħa, Ta’ Xbiex Futsal jilagħbu kontra Swieqi Futsal LEC 07.
Sadanittant il-ġimgħa l-oħra ntlagħbu l-ewwel leg ta’ dawn is-semifinali fejn Luxol għelbu lill-Universita ta’ Malta 3-1.
Celino Alves, Maicon da Silva Gaiewski u Jhonn Castro Pulido kienu l-awturi tal-gowls għat-tim ta’ Gabriel Dobre, bl-Universitarji li naqqsu l-marġni tal-iskor minn Jose Cristian Fernandez.
Referees kienu Daniele D’Adamo u Ilie Laurentiu.
Swieqi United LEC 07 għelbu l-isfida ta’ Ta’ Xbiex Futsal 8-2.
Guillherme Fonseca, Marcelo Alarcon u Alexander Sanchez Dominguez skorjaw doppjetta kull wieħed għal Swieqi li ħiedu aktar gowls minn Dylan Pace Briscoe u Santiago Roller Cruz.
Ta’ Xbiex baqgħu fil-logħba b’gowls ta’ Sebastian Obando u Dylan Labro.

Sadanittant il-programm ta’ logħob għal din il-ġimgħa hu dan:
Illum – 8pm : Luxol – L-Universita’ ta’ Malta
Il-Ġimgħa : 8.45pm – Ta’ Xbiex – Swieqi United LEC07
L-Enemed Futsal Premier League f’fażi deċiżiva