Wednesday, July 24, 2024

L-esperjenza tiegħi fil-Portugall hija ħolma li rnexxieli nagħmel realtá – Jake Micallef

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Jekk hemm plejer li bħalissa qed jagħmel unur għal Malta barra minn xtutna m’hemmx dubu li dan hu li qed jilgħab ma’ Leixoes fil-Portugall. Dan is-sit għamel kuntatt ma’ nnifsu fejn tana iktar dettalji rigward il-karriera tiegħu fil-futbol.

“L-interess tiegħi fil-futbol beda minn meta kelli xi erba’ snin. meta missieri kien jeħodni nilgħab dan l-isport. Iżda l-imħabba tiegħi lejn il-futbol ġiet iktar tard meta biż-żmien bdejt ninduna li meta nilgħab il-futbol kull ħaġ’oħra tisparrxi u nħossni liberu.”

“L-esperjenza tiegħi fil-Portugall hija ħolma li rnexxieli nagħmel realtá. llum il-ġurnata hemmhekk sar qisu dari u ma jonqosni xejn. Tgħallimt ħafna u mmaturajt ukoll. Għaddejt minn ħafna esperjenzi wkoll li għenuni nikber kemm fil-pitch kif ukoll fil-ħajja personali. Fejn jidħol futbol, naħseb li l-Portugall huwa wieħed mill-aqwa postijiet fejn atleta żagħżugħ jista’ jitjieb kif ukoll jarawh klabbs kbar. Dan għaliex bħala klabbs, kull klabb għandu iktar minn skwadra waħda fejn inti tista tgħid li dejjem se tilgħab kif ukoll il-futbol li jilagħbu hu wieħed ta’ intensitá u futbol fil-baxx, li jien nemmen li plejer żagħżugħ, dan it-tip ta’ futbol għandu bżonn biex jitjieb.”

“It-tim nazzjonali għalija huwa għal qalbi ħafna. Kull darba li nirrapreżenta lil pajjiżi, inħossni kburi li qed niġi magħżul sabiex nirrapreżenta populazzjoni.

Mat-tim nazzjonali ukoll kelli diversi esperjenzi kemm fil-euros kif ukoll mal-U21 fejn lgħabt kontra plejers li huma meqjusa bħala l-aqwa fl-Ewropa. Jien qatt ma nħares lejn il-futur … nilgħab u nistinka għal dak li għandi bħalissa u fil-futur jiġri li jrid, għalkemm naħseb li bħal kull plejer dejjem ikun hemm ix-xewqa li nagħmilha fl-aqwa livell u ngħix esperjenza ta’ vera plejer.”

“ll-messaġġ li ngħaddi jien huwa wieħed sempliċi u naħseb kemm-il darba smajtuh – fil-ħajja kollox huwa possibli u li trid jista’ jiġi reali b’xi mod jew ieħor. Dan dejjem jiddependi mill-atleta, dedikazzjoni u sagrifiċċju li lest li jgħaddi minnu. Kapaċi dak li jkun ma jarax progress u se jsib ħafna affarijiet kontrieh iżda jekk dak li jkun jibqa’ moħħu hemm, ħin jew ieħor, jirnexxi żgur!”

Ekonomija

Sport