Sunday, December 22, 2024

L-Esplora b’attivitajiet immirati għall-familja kollha bit-tema tal-Għid

Aqra wkoll

Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza “Esplora” se jkun qiegħed jiftaħ il-bibien tiegħu waqt il-btajjel tal-Għid bl-avveniment “Spring into Science”. Matul dan l-avveniment, li se jsir mit-2 ta’ April sas-7 ta’ April 2024, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem f’diversi attivitajiet relatati max-xjenza bit-tema tal-Għid. Dawn jinkludu workshops u attivitajiet bħal egg hunt madwar l-Esplora.

Id-dettalji dwar dan l-avveniment tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti u l-Kap tal-Esplora Olaf Mc Kay fil-presenza taċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Tonio Portughese.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti enfasizza l-importanza li jittellgħu avvenimenti bħal dawn. “Dan l-avveniment mhux biss se joffri esperjenza sabiħa għall-familja kollha iżda se jipprovdi wkoll opportunitajiet edukattivi siewja. Permezz ta’ attivitajiet bħal dawn qegħdin inkomplu nqarrbu liċ-ċittadini ta’ kull età lejn ix-xjenza u lejn is-suġġetti STEM,” tenna s-Segretarju Parlamentari.

Ekonomija

Sport