Friday, November 22, 2024

L-Etijopjan Tamirat Tola jirbaħ il-maratona

Aqra wkoll

L-atleta Etijopjan, Tamirat Tola, rebaħ il-maratona tal-irġiel temm id-dominanza tal-Kenjani fl-Olimpjadi.

Tola spiċċa f’ħin rekord Olimpiku ta’  2:06:26 bil-Belġjan, Bashir Abdi, jispiċċa 21 sekonda warajh filwaqt li l-Kenjan Benson Kipruto rebaħ il-bronż.

Din kienet it-tieni midalja Olimpika għall-atleta ta’ 32 sena, bl-oħra tasal fl-10,000 metru fil-Logħob ta’ Rio, fl-2016.

Kienet ukoll it-tieni midalja Olimpika għall-Abdi, 35 sena, li huwa mwieled is-Somalja, meta rebaħ il-bronż f’Tokyo 2020.

Tola reġa’ ħa l-aħjar minn Abdi f’maratona f’tellieqa kbira. Huwa għelbu fil-kampjonati tad-dinja tal-2022, fejn Abdi spiċċa t-tielet.

L-aħħar rebbieħ mhux Kenjan f’din it- tellieqa kien Stephen Kiprotich tal-Uganda, f’Londra 2012.

Kipchoge, 39 sena, kien qed ifittex li jsir l-ewwel atleta li jirbaħ din it-tellieqa tliet darbiet iżda ma rnexxielux.

L-Etjopjan, Abebe Bikila, rebaħha darbtejn infila, fl-1960 u fl-1964 … u Waldemar Cierpinski għamel l-istess fl-1976 u fl-1980 li dak iż-żmien irrappreżenta l-Ġermanja tal-Lvant.

Sport