Saturday, December 21, 2024

L-ewwel każ ta’ katavru misjub f’bagalja f’pajjiżna 

Aqra wkoll

Din is-sena seħħew ħames omiċidji f’pajjiżna. B’dan tal-aħħar jiem ikun l-uniku wieħed fl-istorja fejn il-ġisem tal-vittma tpoġġa f’bagalja u ntrema’ fil-baħar. Dan ikompli jagħmel l-investigazzjonijiet aktar kumplikati minħabba li l-ilma baħar jeqred bosta mit-traċċi li jistgħu jwasslu biex jissolva dan id-delitti. Dan ifisser li l-Pulizija għandhom biċċa xogħol diffiċli ma xiex iħabbtu wiċċhom. 

L-istoriku dwar il-kriminalità Eddie Attard ikkonferma ma’ dan is-sit li s-sejba ta’ katavru f’bagalja qatt ma kienet seħħ qabel f’pajjiżna. Għalkemm kien hemm każijiet fejn instabu iġsma fil-baħar, sew sħaħ kif ukoll imqattgħin biċċiet. Kien hemm każi oħra fejn vittmi ta’ delitt instabu taħt il-ġebel, f’boroż tal-iskart jew mitfugħa fi bjar. 

F’dawn l-aħħar sigħat, komplew jintensifikaw l-investigazzjonijiet dwar l-aħħar delitt f’pajjiżna sabiex jinstab il-persuna jew persuni involuti f’dan il-qtil makabru. Skont rapporti fil-midja, il-pulizija qed tfittex raġel li allegatament xtara bagalja u mannara mill-istess ħanut.

Sadanittant, it-Tlieta li għadda saret ukoll l-awtopsja fuq il-fdalijiet tal-katavru fejn ġie rrapportat li l-vittma għandu bejn l-40 u l-50 sena. Mill-istess awtopsja rriżulta wkoll li r-raġel kien qed iġorr id-droga fl-istonku tiegħu.

L-inkjesta maġisterjali b’rabta ma’ dan il-każ qed titmexxa mill-Maġistrat Ian Farrugia filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport