Monday, April 22, 2024

L-FA Ingliża trid iġġedded il-kuntratt  tal-coach nazzjonali tan-Nisa Sarina Wiegman

Aqra wkoll

L-FA Ingliża se tiftaħ taħdidiet ġodda mal-coach nazzjonali tan-nisa, l-Olandiża Sarina Wiegman, wara s-suċċess tar-rebħ tal-Euro 2022.

Il-ħsieb huwa li l-kuntratt jiġġedded sal-2025 hekk kif il-kompetizzjoni li jmiss hija t-Tazza tad-Dinja.

Wiegman kienet ġiet maħtura f’Settembru li għadda biex fi żmien disa’ xhur biss hija mexxiet lit-team għall-ewwel unur maġġur internazzjonali.

It-taħdidiet mistennija jibdew f’nofs dan ix-xahar wara li Wiegman tirritorna minn btala.

Il-kap eżekuttiv tal-FA Ingliża, Mark Bullingham, qal li Wiegman se tiġi offruta kuntratt attraenti biex tkompli tibni fuq dan is-suċċess.

Sport