Wednesday, June 24, 2026

“L-għaqal fil-finanzi għandu jwassal biex il-Gvern jibqa’ jgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza tal-poplu” 

- il-Ministru Clyde Caruana

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal li l-President Spiteri Debono, fid-diskors tagħha, irrimarkat fuq il-ħtieġa tal-għaqal finanzjarju fejn qalet li dan il-pajjiż irid ikompli jara kif f’dak li jirrigwardja l-finanzi tiegħu, inaqqas il-piż tad-dejn sas-sena 2030. 

Il-Ministru Caruana qal li jekk hemm xi ħaġa li kkaratterizzat id-differenza ta’ Gvern Laburista matul dawn l-aħħar 13-il sena u se tkompli fis-snin li ġejjin hi l-mod ta’ kif f’dan il-pajjiż, il-Gvern ħa ħsieb it-tmexxija finanzjarja.

Huwa esprima l-konvinzjoni tiegħu li fis-snin li ġejjin, minkejja d-diffikultajiet finanzjarji u ekonomiċi li għandna madwarna speċjalment fil-kontinent Ewropew, jekk f’dan il-pajjiż nieħdu ħsieb bis-serjetà l-finanzi ta’ pajjiżna, dak l-għaqal għandu jwassal sabiex dan il-Gvern jibqa’ jgawdi l-appoġġ u r-rispett tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport