Wednesday, June 24, 2026

“Meta jkollok min jgħidlek biex tiskot, għandna nisimgħu iżjed” 

- il-Ministru Omar Farrugia

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Omar Farrugia qal li d-diskors tal-President fil-ftuħ tal-15-il leġiżlatura wassal quddiemna viżjoni ċara ta’ fejn irridu nieħdu lil dan il-pajjiż. 

“Ekonomija b’saħħitha li tkompli toħloq il-ġid. Suq tax-xogħol li jagħti dinjità lill-bniedem u lill-ħaddiema, familji megħjuna fl-aktar mumenti li jkollhom bżonn u investiment fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fl-ambjent ta’ madwarna.”

“Smajna kif is-suċċess ta’ pajjiżna ma jitkejjilx bil-pagi u l-flus imma wkoll bil-kwalità tal-ħajja, bis-saħħa tan-nies u xibka soċjali li ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura. Dan hu l-pedament ta’ pajjiż ġust li fih nieħdu ħsieb lil min hu l-aktar dgħajjef fis-soċjetà tagħna,” qal il-Ministru Farrugia filwaqt li semma kif il-Gvern qed jintrabat li jkejjel il-progress mhux bl-ekonomija biss imma b’indiċi tal-benesseri tan-nies.

Huwa kompla jgħid li l-President fakkritna wkoll li din l-elezzjoni saret f’sitwazzjonijiet ġeo-politiċi bla preċedent. Enfasizza li “dak li ġara lil Maltija bħalna fin-Nazzjonijiet Uniti ftit tal-jiem ilu dwar kwistjoni li forsi ma tolqotx lilna direttament imma li għandha importanza profonda fuq id-dinjità u l-umanità tagħna. Għaliex Malta qatt u qatt ma żammet siekta quddiem sitwazzjoni bħal din. Il-fokus irid jibqa’ fuq ix-xogħol li sar. Meta jkollok min jgħidlek biex tiskot, għandna nisimgħu iżjed.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport