Sunday, December 22, 2024

L-Għaqda Ġurnalisti Sports terġa tiċievi fondi mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju

Aqra wkoll

L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) bi pjaċir tħabbar li rċeviet fondi mill-iskema Small Initiative Support Scheme (SIS), amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Inkluzjoni u l-Għaqdiet Volontarji (MIV). Dawn il-fondi ġew mogħtija lill-GħĠS wara li s-sena l-oħra l-istess GħĠS irċeviet fondi mit-Training Initiative Scheme (TIS), sabiex organizzat seminar dedikat lin-nisa fil-ġurnaliżmu sportiv, li kien l-ewwel wieħed ta’ xorta tiegħu f’pajjiżna.

L-għotjiet lill-għaqdiet volontarji ġew ippreżentati mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli, miċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) Gertude Buttigieg u mill-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandalo.

Permezz ta’ dawn il-fondi l-GħĠS se tibqa’ kommessa li tippromwovi u tagħti s-sostenn tagħha għal dawk kollha involuti fis-settur tal-ġurnaliżmu sportiv f’pajjiżna. Dawn il-fondi mis-SIS se jiġu allokati sabiex l-GħĠS torganizza seminar ieħor interessanti, din id-darba dwar il-Mobile Journalism, magħruf aħjar bħala MOJO.

Dwar l-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS):

L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) hija għaqda volontarja li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi l-aħjar servizz ta’ ġurnaliżmu sportiv f’Malta. L-GħĠS tiġbor fiha ġurnalisti sportivi, fotografi u nies oħra involuti fil-midja sportiva u tagħti l-appoġġ tagħha lill-komunità sportiva Maltija.

Dwar Il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS):

Il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju huwa l-kunsill nazzjonali li jagħti l-appoġġ tiegħu lill-għaqdiet volontarji u jippromwovi l-volontarjat f’Malta.

Ekonomija

Sport