Tuesday, December 24, 2024

L-GħĠS terġa’ torganizza t-tournament tradizzjonali ta’ Boxing Day

Aqra wkoll

L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) għal sena oħra se terġa torganizza t-tournament tradizzjonali tal-futbol ta’ Boxing Day. F’dan it-tournament kwadrangolari se jieħde sehem it-timijiet tal-futbol magħmula minn ġurnalisti sportivi u personalitajiet oħra involuti fil-qasam tax-xandir, staff tal-Malta Football Association (MFA), referis mill-Malta Football Referees Association (MFRA) u l-Membri Parlamentari taż-żewġ naħat tal-kamra.

Għat-tim tal-GħĠS se jkun hemm Adrian Gatt, Alex Ellul, Alex Falzon, Andrea Rossitto, Chris Falzon, Francesco Borg, Gianluca Zahra, Heinrich Camilleri, Jordi Farrugia, Keith Demicoli, Liam Carter, Liam Farrugia, Mark Muscat, Massimo Axisa, Matteo Desira Buttigieg, Matthew Vassallo, u Ron Briffa.

Għat-tim tal-MFA se jkun hemm Peter Busuttil, Rodney Pisani, Matthew Sciberras, Emanuel Cassar, Keith Fenech, Mark Gauci, Matthew Paris, Stewart Said, Liam Attard, Adrian Buttigieg, Maria Azzopardi, Stefano Grima, Noel Azzopardi, Angelo Chetcuti, Rowen Camilleri, Ivan Woods, Joseph Fenech, Mauro Camilleri Darmanin, Luke Vassallo, Roderick Bajada, Stephen Calleja, Anthony Fenech, Fabrizio Tabone, Nicole Espinel u Oumayma Jilli.

Għat-tim tal-MFRA se jkun hemm Matthias Buttigieg, Miguel Buttigueg, Carmel Vassallo, Ian Xuereb, Max Muscat, Darko Stankovic, James Muscat, Kyle Caruana, Duncan Spencer u Kristian Sultana.

Għat-tim tal-Membri Parlamentari se jkun hemm Robert Cutajar, Chris Said, Justin Schembri, Stanley Zammit, Darren Carabott, Ryan Callus, Jerome Caruana Cilia, Ivan Castillo, Ian Vassallo Hagi, David Agius, Carmelo Abela, Silvio Schembri, Omar Farrugia, Alex Muscat u Joe Etienne Abela.

Dan it-tournament, se jiġi organizzat nhar il-Ħamis 26 ta’ Diċembru 2024, mid-9:00 a.m., fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.  L-E.T. il-President ta’ Malta Miriam Spiteri Debono se tkun qed tattendi għal din l-attività u tiltaqa’ ma’ dawk preżenti.

Bħalma hija d-drawwa, se jinġabru donazzjonijiet minn dawk preżenti b’risq L-Istrina. Il-pubbliku huwa wkoll mistieden sabiex jattendi u jagħti d-donazzjoni tiegħu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport