Saturday, April 20, 2024

L-IĠM tħeġġeġ lill-Pulizija jressqu lill-persuna li beżaq lejn ġurnalisti l-Qorti

Aqra wkoll

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ħareġ jikkundanna bla riżerva l-atti koroh li seħħew tard ilbieraħ filgħaxija barra mill-parlament fejn raġel beżaq lejn ġurnalisti li kienu qed jagħmlu xogħolhom. 

L-IĠM wera solidarjeta sħiħa mal-ġurnalisti u camerapersons tal-ONE TV li kienu fil-mira ta’ dan l-aġir diżgustanti. Dan hekk kif dan il-persuna mhux biss infexx jobżqilhom iżda saħansitra uża diskors vulgari li xejn ma jagħti ġieħ lil min jużah.

L-IĠM saħaq li l-abbuż indirizzat lejn il-ġurnalisti qatt mhu aċċettabbli u ħeġġeġ lill-pulizija tinvestiga l-kaz u tressaq il-persuna l-qorti. 

L-IĠM tenna l-appell tiegħu lill-awtoritajiet biex jirrikonoxxu r-rwol tal-media u l-importanza taghha ghad-demokrazija billi jieħdu azzjoni ħalli jiżguraw is-sigurtà tal-ġurnalisti f’kull ħin. 

Sport