Monday, December 9, 2024

L-IMF jerġgħa jfaħħar it-tmexxija ekonomika b’saħħitha ta’ pajjiżna

Aqra wkoll

Il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF faħħar it-tmexxija ekonomika b’saħħitha ta’ pajjiżna. Minħabba l-irkupru b’saħħtu u r-reżiljenza għax-xokkijiet internazzjonali, Malta se tkunjkollha fost l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa.

Dan tħabbar mill-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn rrimarka li l-għajnuna fis-settur tal-enerġija hija kruċjali.

Abela qal; “Huwa minnu li qed ninvestu ħafna biex ngħinu l-familji kollha, kif tinnota l-IMF stess, però dan mhu se jwaqqaf xejn mill-investiment li qed inkomplu nagħmlu fil-pajjiż”.

Temm il-messaġġ tiegħu, billi qal li l-istabbiltà hija s-serħan il-moħħ tal-familji u n-negozji u l għalhekk l-Gvern ħadem u ġab ftehim għal stabbiltà fil-prezzijiet ta’ 400 prodott tal-ikel.

Ekonomija

Sport