Tuesday, April 30, 2024

L-Imnarja se titgawda b’temperatura ta’ 33°C

Aqra wkoll

Ħafna qegħdin jistennew il-ġimgħa d-dieħla biex b’hekk ikunu jistgħu jgawdu l-festa pubblika fid-29 ta’ Ġunju – l-Imnarja.

Għal din il-ġurnata mistenni temp xemxi b’temperatura ta’ 33°C li jfisser wieħed jista’ gawdi l-ġurnata b’mod tajjeb ħafna.

L-Imnarja li hija l-festa ta’ San Pietru u San Pawl ħafna jmorru l-Buskett biex jaraw il-wirja tradizzjonali u l-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu organizzati. Għal oħra din il-festa pubblika jfisser li jmorru ġurnata ħdejn il-baħar biex igawdu s-sbuħija tal-bajjiet li hawn f’pajjiżna.

Għan-Nadurin din il-festa tfisser aktar minn hekk hekk kif ikunu qegħdin jiċċelebbraw il-festa tant popolari ta’ San Pietru u San Pawl. Filgħodu fin-Nadur ikun hemm marċ brijjuż li jiġeb lejn mijiet kbar ta’ nies, biex imbgħad filgħaxija toħroġ il-purċissjoni li ddur mar-raħal.

Intant, it-temp għal ġimgħa d-dieħa se jkun hekk: It-Tnejn ftit imsaħħab li jsir xemxi b’riħ forza 3 mill-Grigal il-Lvant li imbgħad idur Punent il-Lbiċ iżda xorta waħda jibqa’ forza 3.

It-Tlieta t-temp se jkun xemxi b’temperatura ta’ 31°C u b’riħ forza 4 Punent Majjistru. L-Erbgħa xemxi wkoll filwaqt li l-ħamis it-temperatura se tkompli togħla għal 33°C.

Il-Ġimgħa t-temp se jkun xemxi, iżda r-riħ se jkun forza 3 għal 4 mill-Punent il-Lbiċ filwaqt li s-Sibt se jkun ftit imsaħħab u r-riħ imur lejn il-Majjistral u jitla’ għal forza 5.

Il-Ħadd, xemxi b’riħ forza 4 mill-Punent Majjistru li matul il-ġurnata jinżel għal forza 3. It-temperatura se tkun ta’ 33°C.

Sport