Friday, April 26, 2024

L-inflazzjoni fl-Amerika tilħaq l-ogħla livell f’40 sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-prezzijiet għall-konsumaturi Amerikani qegħdin jogħlew bl-aktar rata annwali għolja sa minn Ġunju tal-1982.

Skont l-aħħar figuri mid-Dipartiment tal-istatistika tax-xogħol, l-indiċi tal-prezz għall-konsumatur sa Novembru żdied b’6.8 fil-mija.

Il-prezzijiet tal-petrol żdiedu b’madwar 6 fil-mija, filwaqt li żdiedu wkoll il-prezzijiet ta’ vetturi użati, kirjiet u l-ikel.
Minkejja dan, iż-żieda tal-prezzijiet meta mkejla xahar b’xahar, f’Novembru din iż-żieda kienet kemm kemm inqas mix-xahar ta’ qabel.

Din iż-żieda fl-inflazzjoni qiegħda toħloq pressjoni fuq l-aġenda politika tal-President Joe Biden hekk kif qiegħed jipprova jgħaddi l-liġi ta’ €1.24 triljun f’nefqa soċjali. F’tentattiv li jtaffi ftit ir-realtajiet ta’ dawn il-figuri, fl-aħħar sigħat l-istess Biden qal li din l-informazzjoni ma tinkludix l-aħħar tnaqqis li kien hemm fil-prezzijiet tal-enerġija u vetturi wżati.

Fost persuni li tkellmu dwar it-toqol tal-ħajja kien hemm fattiga li qalet li tant għoliet il-ħajja li tħejji porzjon wieħed u taqsmu ma’ binha ta’ 27 sena li jgħix magħha.
“Nieħu ftit jien u nħalli l-kumplament lilu għax omm dejjem lesta li ċċedi sehemha lil uliedha”, tenniet tgħid.

Sport