Sunday, November 24, 2024

L-INFLAZZJONI GĦADHA MAGĦNA

Aqra wkoll

L-inflazzjoni għadha magħna u kif spjega tajjeb nhar it-Tnejn li għadda, il-Ministru ghall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana għadha ‘l bogħod milli terġa’ lura għal dak li kienet qabel, jiġifieri fil-livell ta’ 2%. Tant li għal din is-sena, il-pajjiż qed jimmira li jkollu defiċit ta’ madwar 5%. Messaġġ ċar u realistiku lill-industrija li sfidi ekonomiċi għall-aħħar kwart ta’ din is-sena kif ukoll għas-sena 2024 ser jippersistu. 

Sfidi li kienu jkunu ikbar li kieku l-gvern ma ħax deċiżjonijiet strateġiċi biex itaffiha fosthom permezz tas-sussidji fil-kontijiet tad-dawl, fil-kontijiet tal-petrol u d-diesel, permezz tal-għajnuna li ta fl-importazzjoni tal-qmugħ u tal-ġwież, kif ukoll permezz ta’ għajnuniet oħrajn fosthom dawk li mistennija li jkunu mħabbra fil-baġit li jmiss. 

Imma l-istorja tgħallimna li l-gvern ma jistax jindirizza l-problema tal-inflazzjoni waħdu. Jeħtieġ sforz kollettiv li jinkludi l-kontribut tal-industrija kif ukoll ta’ kull wieħed u waħda minnha. 

Hemm bżonn ta’ sens komun. Hemm bzonn li l-interess u l-gwadann personali ma jiprevalix. Il-prijorita ghandha tkun fuq l-interess komuni. Il-prijorita ghandu tkun Malta. Dan jista jsir biss jekk l-importaturi, u kull komponent tal-katina eknomika ta’ pajjizna ma tabbuzax. Dan jista sir biss jekk l-industrija tifhem illi kull abbuż għandu impatt fuq it-tarf tal-lazz – il-konsumatur. 

Sfida iebsa għax l-abbuż kien, għadu u jibqa’ imma s-sens komun f’dan il-mument tant kruċjali għall-pajjiżna għandu jinkoraġġina biex ma nħarsux sa xiber imneħirna imma nħarsu lil hinn biex l-isfida tal-inflazzjoni tiġi megħluba u l-ekonomija lokali tibqa tipprospera.

Sport