James Scott Rhys Anderson, Ingliż ta’ 22 sena li kien jagħmel parti mill-armata Ingliża ingħata sentenza ta’ 19-il sena ħabs wara li kien ġie arrestat mill-frozi Russi. Hu kien akkużat u nstab ħati li kien qiegħed jiġġieled għall-Ukreni.
Kien f’Novembru li għadda li Andreson ġie arrestat fir-reġjun ta’ Kursk hekk kif l-Ukreni bdew offensiva fejn qasmu l-fruntiera mar-Russja. Hu kien akkużat b’terroriżmu u anke li kien qiegħed jiġġieled ma’ forzi mhux ta’ pajjiżu.
Dan hu l-ewwel Ingliż li ġie akkużat f’Qorti Russa mindu bdiet il-gwerra mal-Ukranja.
Stqarrija li ħarġet Qorti Russa qalet li Anderson wieġeb ħati għall-akkużi kontrih. Iżda aġenziji tal-aħbarijiet Ingliżi qalu li ma setgħux jivverifikaw jekk dan hux minnu.