Skont is-sistema ġdida li tikklassifika l-livell ta’ riskju f’kull żona fir-Renju Unit mħabbra minn Boris Johnson din il-ġimgħa wasslet biex għal darba oħra jkun illegali li jkun hemm sess barra relazzjoni stabbilita.
Skont din is-sistema, dawk li jgħixu f’żoni ta’ livell għoli u livell għoli ħafna ta’ riskju, ma jistgħux jorqdu barra minn djarhom.
Il-persuni milqutin ma jistgħux jidħlu fid-djar mhux residenzjali tagħhom kif ukoll ma jistgħux jitħalltu f’postijiet pubbliċi sakemm il-persuna l-oħra mhijiex taħt il-kura jew fl-istess bubble. Il-koppji li huma f’relazzjoni stabbilita jistgħu xorta waħda jqattgħu l-iljieli għand xulxin.
Għalkemm mhux ċara l-pożizzjoni ta’ x’jifhem id-Dipartiment tas-Saħħa “b’relazzjoni stabbilita”, skont il-linji gwida, dawk fl-istadju inizjali ta’ relazzjoni jeħtieġ li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex isegwu d-distanza soċjali.