Monday, December 9, 2024

L-investiment ta’ Ratcliffe f’Manchester United jirċievi konferma mill-Premier League

Aqra wkoll

L-investiment ta’ ta’ £1.3 biljun minn Sir Jim Ratcliffe f’Mancester United irċieva konferma mill-Premier League, bil-ftehim mistenni jitlesta għal kollox il-ġimgħa d-dieħla.

Il-grupp INEOS ta’ Ratcliffe temm ftehim għal 25 fil-mija tal-klabb f’Diċembru, bil-biljunarju Brittaniku beħsiebu jieħu l-kontroll tal-operat tal-futbol tal-klabb.

Ratcliff li llum jgħodd il-71 sena issa għadda mit-Test tad-Diretturi u s-Sidien tal-Premier League, l-aħħar pass biex il-ftehim jiġi ffinalizzat.

Man United kienu ppreżentaw lill-Kummissjoni tat-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti nhar it-Tnejn, li kkonfermat l-approvazzjoni tal-Premier League.

Il-Premier League mistenni jikkonferma dan uffiċjalment meta l-ftehim jitlesta għal kollox.

L-ifinalizzar ta’ dan kollu huwa mistenni l-ġimgħa d-dieħla bi ftit dettalji regolatorji pendenti li għad iridu jiġu ffinalizzati.

Dan jinkludi li tirċievi l-approvazzjoni tal-FA, li hija meħtieġa għall-parteċipazzjoni ta’ Manchester United fis-Super League tan-Nisa.

L-offerta ta’ Ratcliffe inizjalment kellha tiskadi nhar l-Erbgħa, iżda issa din ġiet estiża sas-17 ta’ Frar hekk kif il-proċess joqrob lejn konklużjoni.

Il-biljunarju qed jixtri 25 fil-mija tal-ishma tal-Klassi B miżmuma mill-familja Glazer – li għandhom 10 darbiet id-drittijiet tal-vot tal-ishma tal-Klassi A – bħala parti mill-investiment tiegħu.

Ratcliffe qed jixtri wkoll sa 25 fil-mija tal-ishma tal-Klassi A u jinvesti £239m fl-infrastruttura tal-klabb.

Ratcliffe u t-tim tiegħu INEOS diġà wrew li ma jibżgħux jaġixxu – u jieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi fil-proċess – bħad-deċiżjoni li jingaġġaw lil Omar Berrada  minn mar-rivali Manchester City biex isir il-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta’ United.

‘Il-Klabb huwa determinat li jerġa’ jpoġġi l-futbol u l-prestazzjoni fil-grawnd fil-qalba ta’ dak kollu li nagħmlu,’ bdiet l-istqarrija. ‘Il-ħatra ta’ Omar tirrappreżenta l-ewwel pass f’dan il-vjaġġ’.

Ekonomija

Sport