Monday, May 13, 2024

L-Ipswich School Chapel Choir illum jagħti l-ewwel kunċert

Aqra wkoll

L-Ipswich School Chapel Choir mir-Renju Unit li bħalissa qed iżur il-gżejjer Maltin illum se jkun qiegħed jagħti l-ewwel kunċert tiegħu.

Il-Kor se jkun qed jinterpreta repertorju vast u se jdoqqu Tichelli, Beech, Handel, Dorsei, Todd, Rutter, Whitacre u oħrajn.

Illum il-kor se jkun qed jagħmel l-ewwel kunċert tiegħu fil-Birgu fil-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku li jibda fis-7.00pm.

It-tieni kunċert se jkun f’Għawdex fil-Knisja ta’ Santu Wistin ir-Rabat għada l-Erbgha 1 ta’ Novembru 2023 u jibda wkoll fis-7.00pm. Filwaqt li t-tielet kunċert se jkun fil-Belt Valletta fil-Bażilika tal-Madonna ta Porto Salvo u San Duminku nhar il-Ħamis 2 ta’ Novembru li wkoll jibda fl-istess ħin bħal kunċerti ta’ qablu.

It-tliet avvenimenti qed jiġu organizzati mill-Fondazzjoni Kulturali Papa San Ġwanni Pawlu II magħrufa bħala l-JP2 Foundation b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Komunità Dumnikana u l-Komunità Agostinjana.

Id-dħul huwa bla ħlas u l-pubbliku huwa mistieden jattendi.

Sport