Tuesday, May 14, 2024

L-Iran bit-tieni eżekuzzjoni minħabba protesti kontra l-Gvern

Aqra wkoll

L-Iran wettqet it-tieni eżekuzzjoni pubblika marbuta mal-protesti li saru kontra l-Gvern. 

“Majid Reza Rahnavard ġie mgħallaq fil-belt ta’ Mashhad,” qalet il-ġudikatura tal-pajjiż. Majid kien instab ħati li ta daqqiet ta’ sikkina u qatel żewġ uffiċjali tas-sigurtà.

L-ewwel eżekuzzjoni marbuta mal-protesti seħħet il-Ħamis li għadda, b’Mohsen Shekari ikun ukoll mgħallaq. Din l-eżekuzzjoni kienet ikkundannata mill-pajjiżi tal-Punent. 

Mohsen kien instab ħati li ħa sehem f’rewwixta li saret f’Settembru li għadda li mblokkat triq prinċipali f’Tehran u darab uffiċjal paramilitari b’machete. Huwa kien appella mis-sentenza, iżda din kienet ikkonfermata mill-Qorti Suprema fl-20 ta’ Novembru. 

Sport