L-Irlanda se tkun qiegħda mill-ġdid tintroduċi restrizzjonijiet minħabba mewġa oħra ta’ infezzjonijiet. Ħabbar dan il-Prim Ministru Irlandiż Micheál Martin filwaqt li avża li issa kulħadd għandu jaħdem mid-dar sakemm mhux assolutament neċessarju.
Il-ħaddiema bdew jirritornaw lejn l-uffiċini f’Settembru li għadda wara tnaqqis fir-restrizzjonijiet. Barra t-teleworking, il-Prim Ministru fil-pajjiż ikkonferma li mill-Ħamis, bars, ristoranti u nightclubs mhux se jkunu aċċettati li jibqgħu miftuħin wara nofsillejl.
Huwa żied jgħid li jekk l-infezzjonijiet jibqgħu jiżdiedu, is-sistema tas-saħħa se tasal fi stat li ma tkampax mal-firxa tal-pandemija.
Din qiegħda tkun meqjusa bħala r-raba’ mewġa ta’ infezzjonijiet fil-pajjiż u minkejja l-programm ta’ tilqim li għaddej, dawk kollha li huma kompletament imlaqqmin u li m’għandhomx sintomi, xorta waħda jeħtieġ li jkollhom tliet testijiet negattivi fi żmien ħamest ijiem qabel jiċċaqilqu minn post għall-ieħor biex iżuru lil nieshom.
Iċ-ċertifikat tat-tilqim se jkun obbligatorju biex persuni jattendu ċ-ċinema jew teatri, iżda mhux l-istess għal postijiet bħalma huma l-gyms u għand il-barbiera.
Fl-aħħar sigħat ġew reġistrati 4,570 każ ġdid ta’ Covid-19.