L-Ispeaker tal-Parlament tal-Iran, Mohammad Bagher Ghalibaf, iddikjara li filwaqt li sar progress fin-negozjati biex tintemm il-gwerra mal-Istati Uniti, iż-żewġ naħat jinsabu ’l bogħod minn diskussjoni finali.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump sostna li qed isiru “diskussjonijiet tajbin ħafna” mal-Iran, iżda mhux se jħalli lil Tehran “jirrikatta” lill-Istati Uniti dwar l-Istrett ta’ Hormuz.
L-Iran kien qal li l-Istrett ta’ Hormuz se jibqa’ magħluq sakemm l-Istati Uniti tneħħi l-imblokk tagħha fuq il-portijiet Iranjani filwaqt li żied jingħad li bħalissa qed jirrevedi proposti ġodda mressqa minn Washington.
F’kummenti oħra, Trump kien iddikjara li l-imblokk tal-portijiet Iranjani mill-Istati Uniti se jissokta sakemm it-tranziżżjoni tagħhom mal-Iran tkun 100% kompluta.

