B’referenza għall-inċident li seħħ dalgħodu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħodu, is-sistema tal-allarm tan-nar fid-Dipartiment tal-Immaġini Mediċi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabet duħħan li kien ġej mill-Kamra tal-Fluworoskopija.
L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ikkonferma dan fi stqarrija, fejn ingħad li ttieħdu azzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat s-sigurtà tal-pazjenti u l-persuni fuq il-post. Bħala parti minn dawn il-proċeduri, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew kkuntattjati u dawn immedjatament waslu fuq il-post.
L-istaff fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ħa azzjoni b’mod professjonali u skont il-protokoll, sabiex pprijoritizza s-sigurtà tal-pazjenti.
Dalgħodu: Nirien fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex… evakwati l-pazjenti mill-Emerġenza
Il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għadhom kemm ġew imsejħa fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li żona mill-isptar sptar inħakem minn nirien.
Skont l-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li n-nirien żviluppaw minn fuq is-suffiet li hemm f’kamra fejn jittieħdu l-xrays.
Minħabba s-sitwazzjoni ġie deċiż li jiġu evekwati l-pazjenti kollha li kien hemm fid-dipartiment tal-emerġenza. S’issa mhux magħurf x’wassal għal dawn in-nirien.
Aktar informazzjoni kif taslilna…