Saturday, December 21, 2024

L-Isptar Monte Karmeli b’bidliet konsiderevoli bħala preparazzjoni għal pazjenti bil-COVID-19

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li bħalma qed jiġri fi sptarijiet oħra, fl-Isptar Monte Karmeli qed isiru l-preparamenti biex jilqa’ għall-pazjenti li jistgħu jkunu infettati bil-Covid-19. Huwa qal li dan qed jiġri biex Malta tkun dejjem ippreparata għal din l-imxija anke f’Monte Karmeli.

L-Isptar Monte Karmeli ħa diversi inizjattivi strutturali biex jiżgura li l-pazjenti kollha jinżammu siguri. Il-pazjenti li qed jiġu ammessi huma eżaminati għal Covid-19 u jkunu f’żoni speċifiċi sakemm jinkiseb ir-riżultat tal-iswab.

Barra minn hekk, l-ammissjonijiet il-ġodda li mhumiex pożittivi għall-virus qed jirċievu kura psikjatrika fl-admission wards biex jiżguraw li pazjenti bla sintomi li jiġu ammessi ma jxerrdux l-virus lill-pazjenti l-aktar vulnerabbli fis-swali kroniċi.

Sadanittant ġew stabbiliti oqsma speċifiċi fl-isptar għall-pazjenti li huma pożittivi għall-Covid-19 u jeħtieġu kura psijkatrika kif ukoll għal dawk il-pazjenti li huma fil-kwarantina obbligatorja jew qed jirkupraw mill-Covid-19.

Meta żar l-isptar, id-Deputat Prim Ministru faħħar l-inizjattivi ta’ Monte Karmeli u rringrazzja lill-persunal għad-dedikazzjoni tagħhom, speċjalment f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Ekonomija

Sport