Tuesday, December 24, 2024

L-Istati Uniti twissi li belt fl-Ukrajna se tinħakem mir-Russi 

Aqra wkoll

L-Avdiivka, il-belt li tinsab fl-Lvant tal-Ukrajna tinsab f’riskju li se tinħakem mir-Russi. Dan ġie kkonfermat minn kelliem għall-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurta’.

Min-naħa tiegħu, il-President Ukren, Volodymyr Zelensky qal li l-ħidma tal-militar Ukrena se tkompli, bil-għan li jiġu salvati iktar Ukreni. 

Il-belt, li kważi ġiet meqruda għal kollox hija l-kapitali reġjonali tal-Ukrajna. Minbarra l-attakk ta’ issa, din il-belt kienet attakkata lura għal l-2014. 

Sabiex tkun tista tkompli tiġġieled lir-Russja, l-Ukrajna tiddependi fuq provvisti ta’ armi mill-Istati Uniti.

Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jen Stoltenberg, wissiet li n-nuqqas tal-Istati Uniti li japprova l-assistenza militari kontinwa lill-Ukrajna kien diġà qed ikollu impatt fuq il-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja.

Ekonomija

Sport