Sunday, November 24, 2024

L-Iżlanda tagħmel użu minn bulldozer sabiex jiġġieled l-eruzzjoni tal-vulkan

Aqra wkoll

Il-belt ta’ Grindavik, qrib il-kapitali Reykjavík, aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet, ġiet evakwata fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu wara li nħassu numru ta’ theżżiżiet, li huwa mifhum li kienu ġejjin mill-possibilità ta’ żbroff ta’ vulkan. 

Din għadha qed tkompli tħejji ruħha għall-eruzzjoni tal-vulkan Fagradalsfjall fil-Lbiċ tal-Peniżola Reykjanes tal-gżira.

Il-Met Office Iżlandiż irreġistra 600 terremot matul il-jum tal-Erbgħa sal-Ħamis filgħodu. L-istess uffiċju,wissa li l-probabbiltà ta’ eruzzjoni għadha meqjusa bħala waħda għolja’

Fost id-diiversi esperimenti illi qed isiru mill-Iżlandiżi, dawn qed jagħmlu użu minn wieħed mill-ikbar bulldozers li hawn fil-pajjiż, bil-għan li l-infrasturttura tiġ pproteġuta mill-lava. 

Filwaqt li l-parir uffiċjali jgħid li għadu sikur għat-turisti li jivvjaġġaw lejn l-Islanda, it-twissijiet tal-avjazzjoni u t-twissija tal-protezzjoni ċivili għadhom fis-seħħ.

Sport