Sunday, December 22, 2024

L-Iżrael akkużat b’reat ta’ gwerra minħabba qtil ta’ tifel

Aqra wkoll

Kmieni wara nofsinhar tad-29 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet, diversi subien Palestinjani qagħdu jilagħbu fit-triq bħal ma spiss kienu jagħmlu. Ġara li ftit tal-minuti wara, żewġ subien sfaw maqtula minn suldati Iżraeljani.

Bħala parti minn investigazzjoni dwar l-aġir tal-forzi tas-sigurtà Iżraeljani, il-midja internazzjonali tal-BBC ġabtret informazzjoni ta’ dak li ġara dakinhar li nqatlu ż-żewġ subien.

Minn evidenza illi sabu, irriżulta li wieħed mill-qtil tat-tifel kien meqjus bħala kriminalità tal-gwerra. Espert legali ieħor, iddeskriva l-użu tal-forza letali bħala indiskriminat.

Il-Forzi tad-Difiża tal-Iżrael, l-IDF qalu li ċ-ċirkostanzi tal-imwiet kienu taħt reviżjoni u spjegaw ukoll li n-nar jintuża biss sabiex ma’ jkunx hemm theddid jew għal skopijiet ta’ arrest.

Rapporti mediċi miksuba mill-BBC juru li ż-żewġ tiri laqtu lit-tifel Basil f’sidru. Dawn urew ukoll li balla oħra laqtet lil Adam, lii għandu tmien snin, fuq wara ta’ rasu hekk kif ipprova jaħrab. L-IDF qalet li ċ-ċirkostanzi tal-imwiet ta’ Basil u Adam jinsabu taħt reviżjoni u li qed tagħmel dan bħala rutina għal kull mewt ta’ tifel fix-Xatt tal-Punent.

Intant diversi eks suldati Iżraeljani li raw l-evidenza tal-BBC qalu li jemmnu li s-sistema legali ta’ Iżrael tipproteġi lis-suldati li użaw il-forza letali, irrispettivament minn jekk din kinitx iġġustifikata.

Ekonomija

Sport