Nhar il-Ġimgħa li ġej jibda l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts se tibda l-istaġun tagħha f’kampjonat maqsum fi tliet diviżjonijiet.
Iċ-champions Floriana Ajax A jibdew l-impenji tagħhom kontra t-tieni tim tagħhom Floriana Ajax B. Tim ieħor li mistenni jissielet għar-rebħ tal-kampjonat hu Ħamrun Bayern A li wkoll se jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom kontra t-tieni tim tagħhom Ħamrun Bayern B.
It-tim promoss ta’ Birżebbuġa Lions li ssaħħu ferm għal dan l-istaġun jiftħu l-istaġun f’konfront delikat kontra Sliema Inter DC filwaqt li PO’s Bar jaffrontaw lil Żejtun Laċċi Gold Lady.
Fit-tieni diviżjoni, il-promossi Birgu Boċċi Club A jilagħbu kontra Cox’s Sports Bar filwaqt li t-tim l-ieħor li tela’ mit-tielet diviżjoni Domus Żejtun jibda l-impenji tiegħu kontra Leah’s Bar A.
Fit-tielet diviżjoni hemm diversi timijiet ġodda fosthom Tal-Balklor Senglea, Nicolo Isouard u Sliema Lounge filwaqt li kien hemm ir-ritorn ta’ Munchies Bar. Mill-banda l-oħra, Domus Żejtun se jkunu qed jieħdu sehem ukoll bit-tim tan-nisa.