Friday, December 20, 2024

L-MFA tieħu tista’ ma taċċettax ir-riżenja ta’ Portelli biex jirreġistra bħala plejer

Aqra wkoll

Il-Malta Football Association ħadet nota ta’ rapporti fil-media dwar ir-riżenja tas-Sur Joseph Portelli minn President tal-klabb ta’ Ħamrun Spartans FC.

L-Assoċjazzjoni kkonfermat li rċeviet tali talba għal riżenja u hija konxja li din tista’ tkun marbuta mal-possibilità li l-klabb jitlob li jirreġistra l-istess persuna bħala plejer.

L-Assoċjazzjoni kompliet biex tgħid li tista’ ma taċċettax ir-riżenja. Minflok, din tingħadda lill-bord kompetenti abbażi tar-Reputational Risk Management Policy, dokument pubbliku u approvat mill-Bord Eżekuttiv.

Ekonomija

Sport