Friday, May 3, 2024

L-MFA tikkundanna kull att ta’ aggressjoni li seħħ fin-KO Under 17 bejn Hibernians u Pietá H.

Aqra wkoll

Il-Malta Football Association tikkundanna kull att ta’ aggressjoni li seħħ waqt il-partita riċenti tas-Semi-finali bejn Hibernians u Pietà U17KO li saret fiċ-Charles Abela Stadium fil-Mosta nhar il-Ħadd 21 ta’ April 2024.

L-ambjent tal-futbol taż-żgħażagħ għandu jkun spazju sigur u pjaċevoli għall-parteċipanti kollha, ħieles minn kull forma ta’ vjolenza jew aggressjoni.

Il-valuri tar-rispett, il-fair play, u l-isports għandhom jinżammu fil-livelli kollha tal-logħba, speċjalment fil-futbol taż-żgħażagħ.

Il-Malta FA se tippermetti li l-proċess dixxiplinarju rispettiv jieħu l-kors tiegħu fir-rigward ta’ persuni fil-ġurisdizzjoni tagħha. Huwa imperattiv li l-individwi kollha involuti fil-futbol, speċjalment fil-kategoriji taż-żgħażagħ, jifhmu l-importanza ta’ kondotta pożittiva kemm fuq il-grawnd kif ukoll barra, u li l-imġieba tagħhom tista’ tagħmel lill-klabbs rispettivi tagħhom suġġetti għal sanzjonijiet dixxiplinarji.

Il-Malta FA se tikkopera mal-pulizija fl-identifikazzjoni tal-persuni involuti.

Se tkompli taħdem bla heda biex tippromwovi kultura ta’ rispett u integrità fi ħdan il-futbol Malti, filwaqt li tiżgura li inċidenti bħal dawn jiġu ttrattati malajr u bis-serjetà li jixirqilhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport