Wednesday, March 27, 2024

L-MUT bi kliem iebes fil-konfront tal-Ministru Owen Bonnici fid-dawl tal-ftuħ tal-iskejjel

Aqra wkoll

Fi stqarrija, l-Unjin Maltija għall-Għalliema (MUT) iddeplorat il-kummenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn saħaq li “l-edukaturi għandhom iħarsu lejn ħaddiema oħra u jagħmlu kuraġġ sabiex jirritornaw fl-iskejjel.” L-Unjin qalet li “jidher b’mod ċar li minflok il-Ministeru ma’ jipponta subgħajh lejn l-edukaturi, għandu joħroġ mill-bubble li tant qiegħed jagħti assigurazzjoni dwarha u jħares lejn il-pandemija u r-riskji fuq l-edukaturi, l-istudenti u l-familji meta jiftaħ l-iskejjel f’ċirkustanzi fejn għaddejjin minn mewġa kiefra tal-pandemija.”

L-Unjin kompliet tgħid li l-Ministeru “ma jistax jipponta subgħajh lejn l-edukaturi meta kienu huma stess li mingħajr direzzjoni u preparazzjoni mill-istess Ministeru, biddlu b’mod drastiku l-mod kif kienu jaħdmu. Dan filwaqt li huma lesti li jkomplu jbiddlu dak li jagħmlu f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji iżda mhux f’kuntest fejn il-pandemija ma tkunx imrażżna.”

Dwar il-preparazzjoni, l-MUT qalet li “jekk il-Ministeru jaħseb li skejjel ippanikjati tfisser preparazzjoni, jew il-fatt li ma jafux x’ser jagħmlu jew kif ser jirrispondu l-mistoqsijiet li l-Ministeru mhux iwieġeb tfisser preparazzjoni, mela l-MUT issostni li vera l-Ministeru huwa distakkat minn dak li qiegħed jiġri fl-iskejjel.”

Ekonomija

Sport