Friday, April 26, 2024

Anzjan ieħor jitlef ħajtu kaġun tal-COVID-19.. Kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 85 sena li kien pożittiv bil-Covid-19  miet. 

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-12 ta’ Settembru meta ddaħħal l-Isptar Mater  Dei. Huwa miet fl-Infectious Diseases Unit, fl-Isptar Mater Dei, illum. 

Huwa kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu  jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza  soċjali u l-użu tal-maskra.

Sport