Sunday, December 22, 2024

L-MUT u l-MCAST jilħqu qbil u għalhekk id-direttiva tal-marki tal-istudenti se tiġi sospiża

Aqra wkoll

Wara intervent mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Unjin tal-Għalliema (MUT) u l-Kulleġġ MCAST laħqu ftehim dwar il-mod kif għandhom jimxu ’l quddiem fit-trattattivi biex jingħalqu n-negozjati dwar il-ftehim kollettiv tal-għalliema fil-gradi akkademiċi.

L-MUT iddikjarat li kien hemm laqgħat intensivi fl-aħħar ġimgħat biex jiġu eliminati differenzi bejn iż-żewġ naħat u jħaffu n-negozjati għal ftehim kollettiv ġdid.

Kompliet tgħid li intlaħaq progress sinifikanti u għalhekk l-union se tkun qed tiltaqa’ mal-għalliema fil-gradi ta’ letturi nhar it-Tlieta li ġej biex taġġornahom dwar dan. Laqgħat simili ma’ gradi oħrajn ta’ għalliema se jsegwu.

L-MUT infurmat li se tkun qed tissospendi d-direttiva dwar il-marki tal-istudenti b’effett minn nhar it-Tlieta 30 ta’ Jannar li ġej.

Ekonomija

Sport