Friday, November 22, 2024

L-Olanda jiksru żewġ rekords tad-dinja fi spazju ta’ ftit minuti fis-cycling track

Aqra wkoll

L-Olanda kisru r-rekord dinji darbtejn fi spazju ta’ siegħa biex żammew it-titlu Olimpiku tagħhom fl-isprint  tas-cycling track tat-timijiet tal-irġiel b’mod dominanti fil-velodrom nazzjonali ta’ Pariġi. 

It-trio Olandiż, Roy van den Berg, Harrie Lavreysen u Jeffrey Hoogland, kienu favoriti netti li jirbħu din il-kompetizzjoni iżda ħadd ma stenna li jiksru r-rekord tad-dinja darbtejn bi spazju daqstant qasir.  

Fil-finali huma għelbu lill-Brittanja b’dawn tal-aħħar għamlu minn kollox biex ipprovaw iwaqqfu l-furja tal-Olandiżi li l-ewwel rekord mondjali kien dak ta’ 41.191 sekondi biex imbagħad wara ftit minuti niżel għal 40.949 bil-ħin tal-Ingliżi jkun dak ta’ 41.814.

Il-midalja tal-bronż intrebħet mill-Awstralja (41.597) li għelbu lil Franza (41.993). 

Sport