Il-kap faramaċewtiku wara l-vaċċin tal-Pfizer avża lin-nies biex ma jaqbdux “jiġġennu” minħabba dak li qiegħed jitqies bħala l-agħar varjant żviluppat s’issa tal-Covid-19.
Ugur Sahin, kofundatur ta’ BioNTech ammetta li l-Omicron jista’ jikkawża żieda fl-infezzjonijiet anke fost dawk imlaqqmin kontra l-virus.
Iżda minkejja dan huwa qal li dawk imlaqqmin bil-Pfizer huma aktar protetti għal mard serju u għalhekk fl-appell tiegħu lil The Wall Street Journal huwa qal li l-pjan jibqa’ l-istess; iġifieri li jitħaffef il-proċess tat-tielet doża.
Sahin żied jgħid li l-Pfizer jagħti żewġ saffi ta’ protezzjoni mill-virus u li l-Omicron kapaċi jevadi l-ewwel saff, iżda mhux mistenni li jkun kapaċi jippenetra fit-tieni saff li l-irwol tiegħu hu li jkattar ċelloli tal-immunità li jeqirdu ċ-ċelloli infettati.