Sunday, November 24, 2024

L-operazzjoni fuq il-Papa saret b’suċċess

Aqra wkoll

Il-kundizzjoni ta’ saħħet il-Papa Franġisku hija stabbli wara li sarlu b’suċċess intervent kirurġiku li dam tliet sigħat. Il-Vatikan qal li ma kienx hemm kumplikazzjonijiet wara l-operazzjoni li matulha l-Qdusija Tiegħu ta’ 86 sena kien taħt anestesija ġenerali.

Papa Franġisku mar l-isptar għat-testijiet nhar it-Tlieta qabel ippresieda l-udjenza tiegħu l-Erbgħa filgħodu. Wara huwa ttieħed dritt fil-Klinika Gemelli għall-opertzzjoni tal-ftuq.

Huwa mistenni jibqa’ l-isptar Gemelli ta’ Ruma għal diversi jiem.

Filwaqt li l-operazzjonijiet tal-ftuq rarament isiru fuq bażi ta’ emerġenza, il-proċedura fuq il-Papa dehret kemxejn urġenti, tant li l-operazzjoni saritlu l-għada li ddaħħal l-isptar.

F’Marzu li għadda l-Papa qatta’ tlett ijiem l-isptar b’infezzjoni respiratorja. Sentejn ilu, kellu wkoll 13-il pulzier tal-imsaren tiegħu mneħħija minħabba infjammazzjoni u tidjiq tal-musrana l-kbira.

Sport