Wednesday, December 25, 2024

L-RMYC se tospita s-Spring Gozo Regatta, b’attenzjoni lejn il-Konservazzjoni tal-Ibħra

Aqra wkoll

Ir-Royal Malta Yacht Club qed jipprepara għas-Spring Gozo Regatta, li ser tibda llum u le ser titieħdet enfasi fuq l-ambjent tal-baħar b’kollaborazzjoni mal-NGO BICREF, li għandha relazzjoni twila mal-Klabb.

Is-Spring Gozo Regatta se tibda llum il-Ħamis 30 ta’ Marzu u tispiċċa l-Ħadd 2 ta’ April. Ir-Regatta li attirat taħlita tajba ta’ dgħajjes tat-tlielaq u cruising  u se tagħmel l-aħjar mit-tmiem il-ġimgħa madwar Jum il-Ħelsien.

Il-Flotta hija skedata li titlaq mill-Port ta’ Marsamxett il-Ħamis wara nofsinhar u se tieħu sehem f’tellieqa lejn l-Imġarr. It-tim li qed imexxi ttellieqa pprogrammaw numru ta’ tiġrijiet kostali b’rottot iddisinjati li jieħdu l-flotta madwar Għawdex u lejn Filfla.

L-iskeda tal-avvenimenti se tinkludi għadd ta’ avvenimenti soċjali, bil-għan li jsaħħu r-rabta bejn il-komunità tal-ibburdja f’ambjent mhux kompettitiv.

Bħala parti mill-avveniment , il-Klabb ospita seminar qasir fuq ir-Riċerka dwar il-Konservazzjoni fil-Baħar Mediterran. Din kienet ippreżentata mill-Prof Adriana Vella, PhD (Cambridge, UK) mill-Università ta’ Malta u The Biological Conservation Research Foundation BICREF Malta. Inizjattivi madwar il-konservazzjoni tħabbru wkoll permezz ta’ Avviż lill-Baħħara li jħeġġeġ lill-baħrin jirrappurtaw dehriet tad-Dniefel, Balieni, Fkieren biex jgħinu fir-riċerka li qed issir.

Is-Spring Gozo Regatta se tiġi fi tmiemha nhar il-Ħadd b’Għoti ta’ Premjijiet li tiġi organizzata fir-Royal Malta Yacht Club.

Ekonomija

Sport