Saturday, December 21, 2024

L-UE se tiffriża 13-il biljun ewro f’fondi lill-Ungerija

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Ewropea tal-Unjoni Ewropea qiegħed jipproponi li minħabba li l-Gvern imexxi minn Viktor Orban naqas milli jagħmel riformi kbar fil-pajjiż, għandhom jiġu ffriżati aktar minn 13-il biljun ewro li kienu se jingħataw lill-pajjiż.

Il-Gvern Ungeriż li fl-aħħar snin kien qiegħed jiġi akkużat li mhux qiegħed imexxi b’demokrazija sħiħa, għandu bżonn b’mod urġenti dawn il-fondi minħabba li l-ekonomija sejra ħafna ħażin.

Il-Kummissjoni Ewropea llum sostniet li hija qed taqleb mal-pjan ta’ rkupru tal-Covid li l-Gvern Ungeriż ipprezenta, iżda dawn il-flus mhux se jkunu qegħdin jgħaddu lill-pajjiż qabel ma jsir riformi kbar fosthom riformi fil-qasam tal-ġustizzja.

Għalhekk il-Gvern ta’ Orban jista’ jserraħ moħħu li l-pjan ta’ rkupru ġie approvat, xorta waħda jrid jara x’jagħmel biex jgħaġġel ir-riformi kbar li jrid jimplimenta fil-pajjiż.

Ekonomija

Sport