Saturday, December 21, 2024

L-Ukrajna mħassba dwar il-possibiltà ta’ invażjoni Russa fil-Moldova

Aqra wkoll

L-armata Ukrena hija tal-fehma li r-Russja fil-futur qarib se tattakka lill-Moldova. 

Allegatament, l-Ukreni qed isostnu li jekk kemm-il darba sseħħ invażjoni fil-Moldova u din taqa’ taħt il-kontroll ta’ Moska, din ir-rebħa se tikkontribwixxi sabiex ir-Russja tkun f’sitwazzjoni aħjar biex “twerwer” u eventwalment tirbaħ il-belt Ukrena ta’ Odessa. Dan kien irrappurtat mill-midja Ingliża, Times Newspaper.

It-tensjoni fi Transnistria diġà bdiet teskala hekk kif fil-ġranet li għaddew seħħew għadd ta’ splużjonijiet.

Ekonomija

Sport