Friday, May 3, 2024

“L-Ukrajna tista’ tirbaħ bl-għajnuna tal-alleati”

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li s-sitwazzjoni fl-Ukrajna hija waħda “serja u miżerabbli”, iżda żied jgħid li l-Ukrajna tista’ tegħleb lir-Russja.

F’intervista riċenti, Johnson iddikjara li filwaqt li riżoluzzjoni ta’ paċi tkun xi ħaġa fantastika, mhuwiex ottimist li l-President Russu Vladimir Putin verament jixtieq li jintlaħaq dan il-qbil.

Huwa kkritika l-mod ta’ kif Putin iddeċieda li jeqred l-ibliet Ukreni, iżda tenna li L-Ukrajna għandha ċans kbir li tirbaħ, anke jekk mhux se tkun xi ħaġa faċli.

“Ma naħsibx li rajna xi ħaġa simili f’dawn l-aħħar 80 sena fl-Ewropa u dak li qiegħed jagħmel Putin huwa bla raġuni. Iżda hawn l-impressjoni li Putin diġà falla jew tilef għax nemmen li ma kellux idea li l-Ukreni kienu se joffru tali reżistenza. Aktar milli qiegħed jkisser l-Ukrajna, naħseb aktar qiegħed isaħħaħha bħala nazzjon”, żied Johnson.

Huwa tkellem ukoll dwar sħubija sħiħa tal-Ukrajna fin-Nato, li anke jekk din ma tingħatax, l-alleati lesti jipprovdu tant sapport lill-Ukreni li r-Russja ma tikkunsidrax terġa’ tinvadiha.

Sport