Sunday, September 6, 2026
Home Sport La Liga: Barcelona jumiljaw lil Valencia fil-Mestalla

La Liga: Barcelona jumiljaw lil Valencia fil-Mestalla

0
45

F’La Liga, Barcelona komplew bil-bidu perfett tagħhom wara li għelbu lil Valencia 5-0 fil-Mestalla, u b’hekk kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva biex fetħu vantaġġ ta’ tliet punti fil-quċċata tal-klassifika. 

Lamine Yamal (6, 84) skorja darbtejn, filwaqt li Fermin Lopez (22), Raphinha (50) u Pedri (79) żiedu l-goals l-oħra. 

Barcelona ddominaw mill-ewwel minuta u ħolqu numru kbir ta’ opportunitajiet, minkejja li Valencia ddefendew b’mod kompatt. 

Yamal skorja l-ewwel gowl b’mod brillanti, filwaqt li Lopez ukoll sab ix-xibka qabel il-mistrieħ. 

Il-goalkeeper, Joan Garcia, għamel diversi saves importanti biex iżomm il-vantaġġ. 

Fit-tieni taqsima, Raphinha għamilhom 3-0, qabel Pedri u Yamal komplew iżidu l-vantaġġ. 

Il-coach, Hansi Flick, seta’ jagħmel diversi sostituzzjonijiet u jagħti wkoll id-debutt lil Gabriel Jesus. 

Barcelona komplew joħolqu ċans wara l-ieħor u setgħu rebħu b’aktar goals. Kienet prestazzjoni dominanti li kkonfermat il-forma eċċellenti tagħhom fil-bidu tal-istaġun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here