Inter jixtiequ jiksbu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Udinese Lamar Samardzic. Oriġinarjament, i Nerazzurri qed jipproponu kuntratt b’ċifra li tlaħħaq il-€15-il miljun iżda i Friulani jridu €25 miljun.
Samardzic hu plejer internazzjonali Serb ta’ 21 sena li ngħaqad ma’ Udinese fis-sena 2021 fejn lagħab 59 logħba u skorja seba’ gowls.
Fil-passat hu libes il-flokkijiet ta’ Hertha Berlin u Leipzig.