Wednesday, July 24, 2024

Lamine Yamal jiddebutta fil-UEFA Champions League ukoll

Aqra wkoll

Fil-logħba li Barcelona lagħbu kontra Antwerp u li rebħu 5-0 mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, għall-plejer żagħżugħ ta’ 16-il sena Lamine Yamal kien jum speċjali. Fil-fatt hu sar it-tieni l-iżgħar plejer li lagħab għall-ewwel darba f’din il-kompetizzjoni tant prestiġġjuża.

Ħafna qed ifaħħru l-kwalitajiet ta’ dan il-plejer iżda l-eks plejer Daniż Michael Laudrup wissa’ li wieħed irid itih iċ-ċans jimmatura u ma jfaħħrux iżżejjed. Hu ġab l-eżempju ta’ Ansu Fati li bħal Yamal kien talent kbir iżda li minħabba l-injuries kontinwi tiegħu, il-karriera tiegħu kellha ħafna transizzjonijiet.

Yamal għadu kemm lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Spanjol u qed jiġi kkunsidrat li se jkun plejer importanti għall-futur.

Ekonomija

Sport