Friday, March 28, 2025

Laqgħa oħra bejn pajjiżi Ewropej dwar l-Ukrajna ma twassal imkien

Aqra wkoll

L-aħħar laqgħa ta’ urġenti bejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea f’Pariġi reġgħet spiċċat bla deċiżjoni. Filfatt kollox qiegħed jindika li l-Unjoni Ewropea se tkun qed tmur  lura mill-impenn li tibgħat suldati għaż-żamma tal-paċi fl-Ukrajna. Din il-laqgħa uriet għal darba oħra l-irrilevanza dejjem tikber tal-Ewropa fil-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna.

Xejn inqas minn 30 pajjiż attendew il-laqgħa f’Pariġi msejħa mill-President Franċiż Emmanuel Macron nhar is-27 ta’ Marzu. Il-parteċipanti tas-summit ta’ Pariġi ma laħqux ftehim unanimu biex jibagħtu forzi militari fl-Ukrajna bħala parti minn dik li tissejjaħ missjoni għaż-żamma tal-paċi, u l-format ta’ missjoni bħal din għadu mhux deċiż, qal Macron.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport