Saturday, May 4, 2024

Laura Pausini rriżultat pożittiva għall-Covid

Ftit jiem biss wara li ħassitha ma tiflaħx waqt il-Eurovision

Aqra wkoll

Kienu bosta dawk li nnutaw illi waqt il-ħin tal-votazzjoni tal-Eurovision Song Contest tas-Sibt li għadda, il-kantanta Taljana Laura Pausini għosfrot għal madwar 20 minuta. Għall-ewwel intqal li l-kantanta niżlitilha l-pressjoni, però fis-sigħat li għaddew ġie żvelat li Pausini rriżultat pożittiva għall-Covid.

Pausini qasmet messaġġ mas-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali fejn spjegat li kienet ilha tħossha ma tiflaħx min-nhar is-Sibt li għadda. Hija qalet li l-ewwel ħsieb tagħha f’dan ir-rigward kien li forsi dan ġara minħabba l-għeja li akkumulat matul il-ġranet li għaddew.

Il-kantanta ħabbret ukoll li minħabba li ġiet pożittiva għall-Covid ma tistax issiefer u għalhekk mhux se tkun tista’ tivvjaġġa lejn Florida biex tieħu sehem fi spettaklu li se jsir il-weekend li ġej.

Sport